340) għandu jkun trażmess skond id-distinzjoni bejn
iż-żona ta' l-ewro u żona mhux ta' l-ewro. Id-distinzjoni għandha tkun applikata għall-industrija totali mfissra
bħala t-Taqsimiet minn B sa E tas-CPA, il-MIGs, it-Taqsima (ittra waħda) u l-livell tad-Diviżjoni b'żewġ figuri tas-
CPA. Għad-distinzjoni bejn iż-żona ta' l-ewro u żona mhux ta' l-ewro, il-Kummissjoni tista' tiddetermina, skond
il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, it-termini għall-applikazzjoni ta' kampjuni ta' skemi Ewropej kif imfisser
fil-punt (d) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(2). Il-kampjun ta' skema Ewropea jista' jillimita l-ambitu tal-
fattur tal-prezz ta' l-importazzjoni għall-importazzjoni ta' prodotti minn pajjiżi mhux taż-żona Ewropea. Id-
distinzjoni bejn iż-żona ta' l-ewro u żona mhux ta' l-ewro għall-fatturi 122, 132, 312 u 340 m'għandhiex
għalfejn tkun trażmessa minn dawk l-Istati Membri li m'adottawx l-ewro bħala l-munita tagħhom.
10. Dawk l-Istati Membri li l-valur miżjud tagħhom fit-Taqsimiet B, Ċ, D u E tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata
jirrappreżenta inqas minn 1 % tat-total tal-Komunità Ewropea għandhom għalfejn jittrażmettu biss id-data
għall-industrija totali, l-MIGs, u l-livell ta' Taqsima tan-NACE Rev. 2, jew il-livell ta' Taqsima tas-CPA.”
1.8. Fl-Anness A, punt (g) (“Termini ta' żmien għat-trażmissjoni tad-data”), il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:
“2.
It-terminu ta' żmien jista' jkun sa 15-il jum kalendarju aktar għad-data fuq il-livell ta' grupp jew Kategorija tan-
NACE Rev. 2 jew il-livelli ta' Grupp u Kategorija tas-CPA. Għal daw l-Istati Membri li l-valur miżjud tagħhom fit-
Taqsimiet B, Ċ, D u E tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 3 % tat-total tal-
Komunità Ewropea, it-terminu ta' żmien jista' jkun sa 15-il jum kalendarju aktar għal data dwar l-industrija
totali, l-MIGs, il-livell ta' Taqsima u Diviżjoni tan-NACE Rev. 2. u l-livell ta' Taqsima u Diviżjoni tas-CPA.”
1.9. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Anness A, punt (i) (“L-ewwel perjodu ta' referenza”):
“L-ewwel perjodu ta' referenza li għalih għandhom ikunu trażmessi l-fatturi kollha tan-NACE Rev. 2 huwa Jannar
2009 għad-data ta' kull xahar u l-ewwel kwart 2009 għad-data ta' kull tliet xhur.”
2.
Anness B
2.1. Fl-Anness B il-punt (a) (“Ambitu”) għandu jinbidel b'dan li ġej:
“(a) Ambitu
Dan l-Anness japplika għall-attivitajiet kollha elenkati fit-Taqsima F tan-NACE Rev. 2.”
2.2. Fl-Anness B (e) (“Perjodu ta' referenza”) “NACE” għandha tinbidel b'“NACE Rev. 2.”
2.3. Fl-Anness B, punt (f) (“Livell ta' dettall”), il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinbidlu b'dawn li ġejjin:
“1.
Il-fatturi N